Il-loghba tal-bocci
hija loghba antika hafna fid-dinja kollha, u dan ma jonqosx ukoll f’pajjizna.
Skond stharrig li kien sar hawn Malta stess, mill-istoriku John Bezzina, kien sab
li fi zmien il-kavallieri, fil-Furjana, taht is-swar kienet tintlaghb certu loghba
li tissejjah Maghio - li tixbah hafna l-loghba tal-bocci li ghandna llum. Ghandna
diversi provi li l-loghba tal-bocci kienet tezisti hawn Malta zmien twil ilu. Wahda
minnhom hija li fl-Ingilterra din il-loghba kienet popolari hafna u meta kienu gew
hawn Malta l-Inglizi bhala hakkiema, kienu gabu diversi loghob maghhom izda l-loghba
tal-bocci ma setghux igibuha maghhom minhabba li kienet diga tezisti qabel hawn
Malta.
Il-bidu tal-loghba f’Malta kien fl-inhawi ta’ Haz-Zabbar u l-Kottonera, izda mbaghad
beda jinfirex fid-diversi rhula fuq in-naha l-ohra ta’ Malta bhal Bugibba, l-Mosta,
tal-Hasselin, u Hal Lija fost l-ohrajn. B’hekk il-loghba hadet popolarità madwar
Malta kollha.
Fl-irhula kienu jigu organizzati kompetizzjonijiet però minghajr ir-regolamenti
kif nafuhom ahna llum. Fost hafna kompetizzjonijiet li gew organizzati matul iz-zmien
kien hemm dik maghrufa bhala t-‘Times of Malta club’ li l-finali taghha kien intlaghab
fil-Furjana madwar 70 sena ilu. Kompetizzjoni ohra li baqghet maghrufa kienet dik
organizzata minn Fr. Hilary Tagliaferro fil-kunvent tal-patrijiet.
F’din il-kompetizzjoni kien intuza apparat bil-qanpiena biex meta l-plejer johrog
il-barra iktar milli suppost din iddoqq. Minn hawn il-quddiem kienet saret dik hekk
imsejha, staffa u aktar tard sar ic-cirku li minn go fih il-plejer irid jilghab
u ma jistax johrog il-barra.
Wiehed jista’ jghid li dan l-isport ghall-popolin kien jintlaghb ghad-delizzju tant
li l-loghbiet ta’ hbiberija kienu jkunu ghal xi flixkun birra, bicca cikkulata jew
fenkata. Izda llum hafna plejers huma professjonali jew inkella jigu mhallsa ghall-ispejjez
li jkunu ghamlu.
Fl-4 ta’ Frar tas-sena 1983 kienet twaqqfet il-‘Federazzjoni Klabbs tal-Bocci’.
Dan seta’ jsir wara li l-Ministru tax-xoghlijiet ta’ dak iz-zmien Lorry Sant kien
ghamel 38 pitch fl-irhula ta’ Malta u kien beda jorganizza l-kompetizzjonijiet tan-‘knockout’.
It-tip tal-bocci li jintuzaw Malta
Minkejja li l-bocci ghandhom isimhom maghhom li huma tondi, dawk li jintuzaw hawn
Malta ghandhom forma cilindrika. Dan gara matul il-milja taz-zmien ghax il-bocci
li kienu jintuzaw kienu kwazi tondi. Qabel kienu jintuzaw bocci izghar li kienu
maghrufa bhala pigini.
F’Ghawdex il-loghba tal-bocci tintlaghab totalment differenti u l-bocci li jintuzaw
huma dawk tal-metall li jintuzaw fil-loghba moderna maghrufa bhala il-‘Petanka’.
Loghba ohra li nistghu nghidu li kellha konnessjoni mal-bocci u li llum ghadha tintlaghb
biss fir-rahal ta’ l-Gharb, Ghawdex hija l-loghba tal-birilli li permezz ta’ bocci
tondi kienu jridu jitwaqqghu diversi birilli.
L-isport tal-bocci llum
Illum il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci ghandha 35 klabb, bhala membri taghha. Il-federazzjoni
torganizza diversi kompetizzjonijiet u dan huwa l-uniku sport f’Malta li jintlaghb
fuq bazi ‘home’ u ‘away’ bhall-maggoranza ta’ l-isport barra minn Malta. Jigifieri
kull tim jilghab darba fil-pitch jew rahal tieghu, u d-darba ta’ wara jilghab fir-rahal
tal-kompetitur tieghu.
Il-loghob tal-bocci jintlaghb bejn Marzu u Ottubru u generalment isiru taht id-dawl
arti-ficjali. Fix-xhur l-ohra tas-sena, l-klabbs jorganizzaw dawk li huma maghrufa
bhala kompetizzjonijiet interni jigifieri jigu organizzati loghob bejn plejers ta’
l-istess tim. Barra minn hekk meta l-plejers ma jkunux qed jiehdu sehem f’kompetizzjonijiet
individwali, jigu organizzati wkoll xi ‘tournaments’. Il-loghba tal-bocci tintlaghab
tlieta kontra tlieta, tnejn kontra tnejn jew inkella wiehed kontra wiehed. U min
jerbah il-kompetizzjonijiet ta’ wiehed kontra wiehed ikun iddikjarat ic-‘Champion’
tal- bocci.
Minkejja d-differenza li tezisti fid-daqs u l-forma tal-bocci u r-regolamenti li
kulhadd ghandu ghalih, tezisti l-Federazzjoni tal-Bocci Internazzjonali u l-Ghaqda
tal-Bocci Ewropea li jorganizzaw kompetizzjonijiet fuq sett ta’ regolamenti stabiliti
u bocci ugwali. B’hekk il-kompetizzjonijiet mondjali u Ewropej isiru minn din il-federazzjoni
internazzjonali u jiehdu sehem fihom kemm il-klabbs kif ukoll persuni individwali,
li jinkludu l-irgiel u n-nisa wkoll.
Ghal dawn l-ahhar tnax-il sena, Malta hadet sehem bi plejers irgiel f’kompetizzjonijiet
Ewropej u anke tad-dinja. Skond ir-regolamenti prezenti dak li jerbah il-loghba
jrid ikun ghaqqad il-21 punt. Dan isir billi tintlaghab gugata wara l-ohra bl-ewwel
tim li jilhaq dan in-numru ta’ punti johrog rebbieh. Il-plejers li generalment jiehdu
sehem fil-loghba tal-bocci, huma klassifikati bhala< garaturi, fendituri u garaturi
fuq iz-zghar.
Fil-loghba ta’ tlieta kontra tlieta, iz-zewg garaturi juzaw erba’ bocci kull wiehed
(erba’ minnhom ikunu mmarkati b’dik li tissejjah balla biex ma jinbidlux). Filwaqt
li l-fenditur jilghab bi tliet bocci zghar bhal dawk tal-‘billiards’.
Minkejja li Malta ghad m’ghandiex ‘boccodroma’ fejn tkun tista’ tintlaghb il-loghba
tal-bocci fuq bazi internazzjonali, dan il-post qed jigi mibni u ser jifforma parti
mill-padiljun ta’ l-isport tal-Kottonera.
B’hekk nazzjonijiet u klabbs barranin, turisti li jkunu Malta u sintendi wkoll Maltin
kemm plejers u anke nies ohrajn, fosthom nisa u tfajliet ikunu jistghu jilghabu.
Dan il-lok mistenni li jkun lest u jibda jintuza iktar tard din is-sena.
|
|