Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
NOEL AXIAQ CHAMPION TAL-BOCCI GHAT-TIENI DARBA GHAS-SENA 2013

Quddiem folla numeruza fil-pitch tal-bocci ta’ Birkirkara li kien ippakkjat bid-dilettanti tal-lobgha tal-Bocci fejn assistew ghal finali mill-isbah tal-kompetizzjoni tal-Individwali ( 1x1 ) organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci ghal dan l-istagun 2013. Ghal din il-kompetizzjoni, li kienet fuq bazi ta’ knock out, u jidhlu jikkompetu fiha l-ahjar element f’dan l-isport u dan minhabba l-fatt li min jirbah il-finali jkun dikjarat ic-Champion ta’ Malta tal-Bocci ghas-sena 2013. 

Din is-sena il-finali laqqghet ma’ xulxin lill plejer ta’ Qormi San Bastjan Noel Axiaq u dak tal-Birgu Adrian Caruana.

Ghal Noel Axiaq din kienet il-hames finali fil-kompetizzjoni ta' l-Individwali fejn hareg rebbieh fuq Adrian Caruana bl-iskor  ta’ 21 ma 18 favur il-plejer Noel Axiaq.

Fis-sena 1998 Noel Axiaq gie fil-finali kontra Michael Busuttil li kien jilghab mall-klabb ta’ Bormla fejn din il-finali ntlaghbet gewwa l-picth ta’ l-Isla fejn hareg tellief bil-puntegg kien 21-16 favur Micheal Busuttil. Fis-sena 2005 gie fil-finali kontra Kenneth Grech li kien jilghab mall-klabb ta’ Bugibba fejn din il-finali ntlabghet gewwa l-picth ta’ Hal-Luqa fejn kien hareg tellief bil-puntegg ta’ 21-7 favur Kenneth Grech. Fis-sena 2006 gie finali kontra Emmanuel Spiteri li kien jilghab mall-klabb tal-Birgu din il-finali ntlaghbet gewwa l-picth ta’ Haz-Zebbug u kien hareg tellief bil-puntegg ta’ 21-14 favur Emmanuel Spiteri. Fis-sena 2010 kien rebah dan unur ghall-ewwel darba kontra Michael Busuttil li kien plejer mal-klabb ta' Thalassalejn. Din is-sena 2013 rebah dan unur ghat-tieni darba 21-18 kontra Adrian Caruana plejer tal-klabb tal-Birgu.

Noel Axiaq rebah dawn iz-zewg unuri bhala plejer mal-klabb ta’ Qormi San Bastjan.

Din il-loghba kienet kumbatuta hafna fejn iz-zewg plejers kienu preparati sew ghall din il-finali. Il-folla li kienet prezenti kollha baqghat fuq ix-xwiek ghax kull gugata li bdiet riesqa lejn it-tmiem tal-loghba biex finalment Noel Axiaq ghamel il-punti li kellu bzon biex rebah din il-finali.

Il-lobgha kienet ikkontrollata mir-Refere tal-Federazzjoni s-Sur Raymond Azzopardi, mghejjun mill-assistent Refere is-Sur Paul Farrugia.

Fi tmiem il-lobgha r-rebbieh u l-finalist gew ipprezentati bit-trofew mill-isbah mill-President tal-Federazzjoni s-Sur Vanni Fabri, fost il-ferh tas-sapporters Bastjanizi.

 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION