Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
JOE CASHA ( BIRZEBBUGIA ) CHAMPION TA' MALTA TAL-BOCCI GHAS-SENA 2019

JOE CASHA ( BIRZEBBUGIA ) CHAMPION TA' MALTA TAL-BOCCI GHAS-SENA 2019.


It-Tieni Finali tal-Bocci organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, kienet dik ta’ l-Individwali li r-rebbieh taghha ikun dikjarat Champion ta’ Malta, li saret fil-pitch tal-Msida nhar it-Tnejn 18 ta' Novembru, 2019.

 

Ghal din il-kompetizzjoni, fuq bazi ta’ knock out, din is-sena dahlu 99 il-plejer minn fost il-klabbs kollha. F'din il-Finali iltaqaw ma xulxin il-plejers Charlie Grech ( Lija ) u Joe Casha ( Birzebbugia ).

 

Din kienet l-ewwel darba li dawn iz-zewg plejers waslu sal-Finali. Biex il-Plejer tal-Klabb ta' Birzebbugia naqqax ismu ghall-ewwel darba fil-kotba tal-Federazzjoni. 


Gurnata mill-isbah fi granet xitwin gewwa il-pic tal-Msida quddiem folla numeruza rajna Finali sabieha u mill-aqwa fejn halliet lil pubbliku numerus fuq ix-xwiek fejn ir-rizultat seta mar kull naha. 


Fl-ewwel gugata Charlie Grech 3 punti, biex sa raba gugata ir-rizultat kien jaqra Charlie Grech 7 u Joe Casha 0.


Fil-gugata ta' wara il-plejer Joe Casha ghamel 2 punti u Charlie Grech 8. Komplejna naraw loghob, ilqit u tfendija mill-isbah gugata wara gugata fejn il-Plejer ta' Birzebbugia beda diehel fil-loghba bil-puntegg gie jaqra Joe Casha 9 u Charlie Grech 10.


Gugata wara Gugata ir-rizultat gie jaqra Joe Casha 15 u Charlie Grech 14. Il-loghba b'diet diehla aktar interessanti u aktar incertezza u anke naqra ecitament bir-rizultat gie jaqra Joe Casha 20 u Charlie Grech 15. Fil-Gugata ta' wara Charlie Grech ghamel 2 punti biex ir-rizultat gie 20 ma 17.


Fl-ahhar wasalna fit-tmiem ta' din il-Finali fejn il-Plejer Joe Casha ghamel dak il-punt li kellu bzon biex ir-rizultat gie jaqra Joe Casha 21 u Charlie Grech 17, biex b'hekk sar ic-Champion ta’ Malta ghas-sena 2019 ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Bocci. PROSET JOE.

 

Il-lobgha kienet ikkontrolata mir-Referee is-Sur Tony Falzon mejghun mill-Assistent Referee is-Sur Raymond Azzopardi.


Wara il-Finali s-Sur Vanni Fabri, President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, ipprezenta it-Tazza ferm sbieha lir-rebbieh kif wkol lil finalist, fost il-ferh tal-partitarji ta' Birzebbugia. 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION