Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
RAPPORT AMMINISTRATTIV GHAS-SENA 2011

Kif jghid il-Malti z-zmien ma jistenna lill hadd b’hekk ghal grazzja t’Alla ghaddiet sena ohra u rega wasal iz-zmien fejn jien bhal ma nghamel is-soltu ghal dawn l-ahhar tmien snin bhala segretarju tal-F.K.B.naghti rendikont ta xgara fis-sena 2011.

Bhal ma tafu bdejna is-sena 2011 billi fuq inizjattiva tal-President is-Sur Vanni Fabri saru zewg laqghat , laqgha mall-klabbs ta l-ewwel u t-tieni divizjoni u laqgha ohra mall-klabbs tat-tielet u r-raba divizjoni fejn kulhadd esprima l-hsiebijiet tieghu ghal gid tal-loghba tal-bocci.

Komplejna nahdmu biex kif spjegajnilkom fil-Laqgha Generali ,fejn il-Federazzjoni Klabbs tal- Bocci espremit ix-xewqa li wasal iz-zmien li l-F.K.B. ikollha il-Website taghha. Illum nixtieq nghidilkom li dik ix-xewqa saret realta u l-Website tal-F.K.B. hija WWW.FKBOCCI.COM.

Wara li l-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci gabret hafna suggerimenti kif ghandu jinbidel il-lig nazzjonali waslet ghal konkluzzjoni u mis-sena 2012 il-lig nazzjonali ser ikun b’format gdid biex b’hekk ser ikun bi’ tlett divizjonijiet l-ewwel, it-tieni b’tnax il-tim kull divizjoni it-tielet divizjoni tkun bi hdax, jigu promossi tlett timijiet u rrelegati tlett timijiet ukoll.

Iktar ma jghaddi iz-zmien izjed l-affarijiet qed jgholew u ghalhekk il-Federazzjoni hasset il bzonn li ghanda tinvesti fix-xiri tal-bocci sabiex tkun tista jzzomm il-prezz tal-bocci milli joghlew u fl-istess hin tghin naqra finanzjalment lill-klabbs. Nixtieq nigbed l-attenzjoni tal-klabbs li l-ahhar konsenja ta’ bocci li importajna kull bocca gholliet € 1.50 izda din id-diffrenza fil-prezz ghamlet tajjeb ghalih il-Federazzjoni biex b’hekk halliet il-prezz ta’€ 26.00 kull bocca.

Din is-sena ghamilna il-kotba tal-fixtures bir-Regolamenti w l-Istatut tal-lobgha tal-Bocci, dan ghamilnih b’iskop li kull klabb ikun jaf ezatt ir-regolamenti u x’ jghid l-istatut. Nahseb li l-ktieb intghogob ghax kellna domanda qawwija ghalih izda jkolli nistqar li nhossni ddizapuntat u nkwitat ghax hemm certu klabbs li l-anqas jafu x’ghamlu b’dan il-ktieb li sewa hafna xoghol u flus biex sar. Ghawnhekk marridx ninsa billi nghid proset lill-President is-Sur Vanni Fabri li kien hu l-protagonista u li hadem sighat twal biex seta sar l-fixture book. Vera proset.

Ghal darba ohra din is-sena l-F.K.B. regghat organizzat ic-Charity Cup . Din il-kompetizzjoni saret bejn il-klabbs ta’ l-ewwel u t-tieni divizjoni u l-klabbs tat-tielet u r-raba divizjoni

Fost il-membri li hallew din id-dinja insibu lis-Sur Spiru Pace ,li kien is-Segretarju tal-klabb tal-Imsida , persuna li vera kien jahdem u kien ihobb hafna il-lobgha tal-bocci. Min hawhekk nixtiequlu il-glorja tal-genna.

Nirringrazzja lil shabi tal-Kunsill u specjalment lill-President is-Sur Vanni Fabri u l-Kaxxier is-Sur Raymond Azzopardi ghall l-appogg u l-ghajnuna kbira li jaghtuni matul is-sena ta’ hidma flimkien mal-membri shabi tal-Kunsill.

LAQGHA GENERALI ANNWALI

Il-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci saret nhar il-Hadd 27 ta’ Frar, 2011 fid-9.00 am. fis-Sala tal-Federazzjoni f’Hal-Tarxien b’din l-Agenda.

AGENDA

1.Qari tal-Minuti ta’ l-Ahhar Laqgha Generali Annwali, 2011
2.Diskors tal-President.
3.Rapport Amministrattiv.
4.Rapport Finanzjarju.
5.Hatra ta’ Awdituri.
6.Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal-Lobgha.
7. Affarijiet Ohra.

BORD TAL-APPELLI

Tony Ghio ( Chairman )
Pio Ghigo
Joseph Farrugia

BORD TAL-PROTESTI U DIXXIPLINA

Lawrence Bonanno ( Chairman )
Jimmy Mallan
John Formosa

KUMMISSJONI ATTIVITAJIET SOCJALI

Vanni Fabri
Antoine Grech
Raymond Azzopardi

PLAYERS COMPLAINTS BOARD

Paul Farrugia ( Chairman )
Carmelo Abela
George Pace
Gejtano Azzopardi
Paul Cini

PRESENTATION DINNER

Wara li ntemm l-istagun tal-bocci, kien bix-xieraq li nghalqu dan l-istagun bil-Presentation Dinner. Din hija okkazzjoni li fiha id-dilettanti tal-bocci jiltaqghu ma xulxin fi spirtu familjari.

Wara s-success li kellna bil-Presentation Dinner tas-sena l-ohra gewwa id-Dolmen Hotel, il-Kunsill qabel li din is-sena terga issir din l-ikla, fejn matulha jigu mqassma il-premjijiet kollha lir-rebbieha tad-diversi Divizjonijiet u Kompetizzjonijiet.

L-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li ippartecipaw f’dan l-avveniment fejn matula gew mqassma il-premjijiet kollha lir-rebbieha tad-diversi Divizzjonijiet u Kompetizzjonijiet.

GHELUQ

Dan kien bejn wiehed u iehor ix-xoghol li sar matul is-sena 2011, ghalhekk naghlaq dan ir-rapport amministrativ billi nirringrazzja lill-kumitati tal-klabbs, plajers, referees u lill dawk kollha involuti fil-lobgha tal-bocci, irrid nirringrazzja ghal darba ohra lill-President is-Sur Vanni Fabri, il-Kaxxier is-Sur Raymond Azzopardi u shabi kollha tal-Kunsill.
CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION