Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
IT-TIM TAL-BIRGU BL-ISEM SAN BASTJAN CHAMPIONS TAN-KNOCK OUT 2 X 2 GHAS-SENA 2013

L-Erbgħa 6 ta’ Novembru ġewwa il-piċ ta’ Bormla St.Margerita ntlagħbet  it-tieni finali tal-boċċi dik tan-K.O 2x2  bejn  it-tim tal-Birgu bl-isem ta’ San Bastjan kompost mill-plejers  Adrian Caruana, John Borg, u Vincent Galea kontra it-tim ta’ Ħaż-Żebbuġ bl-isem ta’ Bertu kompost mill-plejers Jason Bartolo, Amabele Spiteri u Ivan Cortis.

Din il-lobgħa nistaw insejħula il-lobgħa bejn iz-zewg fendaturi Vincent Galea għan-naħa tal-Birgu u Amabele Spiteri għan-naħa taż-Żebbuġin.

Il-lobgħa fil-bidu dehret li se tkun ikkumbatuta għax sar-raba ġugata il-punti kienu 4 ma’4 iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin it-tim tal-Birgu beda jzid fil-logħob filwaqt li dak ta’ Haz-Zebbuġ beda jaqta lura tant li l-Birgu rebħu dan il-konfront bil-punteġġ ta’ 21 kontra 9.

Wara il-lobgħa l-President tal-Ferderazzjoni Klabb tal-Boċċi s-Sur Vanni Fabri preżenta t-tazzi liż-zewġ timijiet.

Il-plejer Adrian Caruana tela’ sit darbiet final f’din il-kompetizzjoni fejn rebaħ dan l-unur tlett darbiet. Proset lill-Adrian Caruana u l-kumplament tat-tim.

 



CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION