Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru,2013, ġewwa l-piċ ta’ Haż-Żebbuġ quddiem folla ferm numeruża ntlagħbet il-finali tan-K.O. 3 x 3 marufa bħala t-tazza tal-Anġlu bejn it-timijiet ta’ Paola Schrieber u Isla.
It-tim ta’ Paola Schrieber kien kompost mill-plejers Emanuel Spiteri, Micheal Casha, Ronald Borġ, Harold Galea, Paul Vassallo u Joe Gatt filwaqt it-tim tal-Isla kien kompost mill-plejers Stanley Facciol, Charles Galea, Reno Bonnici, Victor Piscopo, Charles Cassar u Joseph Fardell.
Kif bdiet il-partita l-Isla ħarġu ddederminati li jirbħu din it-tazza għal l-ewwel darba għax fl-ewwel ġugata ħażżew ħamis punti, izda il-Pawlisti baqaw kalmi li saħansitra fit- tlett ġugati ta’ wara ħazzew 9 punti biex ir-riżultat ġie jaqra Paola 9 Isla 5. Fil-Ħames ġugata l-Isla ħażżew 3 punti izda fiż-żewġ ġugati ta’ wara it-tim ta’ Paola Schrieber għamlu 7 punti għar-riżultat ta’ Paola 17 Isla10.
Meta deher li l-partita kienet sejra favur it-tim Paola Schrieber, l-Isla għamlu rimonta tajba għax f’żewġ ġugati ħażżew 6 punti biex ir-riżultat ġie jaqra Paola Schrieber 17 Isla16.
B’dan ir-riżultat it-tenzjoni fost il-plejers u s-sapporters bdiet tagħmel tagħha, izda fiż-żewġ ġugati ta’ wara Paola Schrieber għamlu l-erba punti li kellhom bżonn għar-riżultat finali ta’ 21 kontra 16 favur Paola Schrieber.
B’din ir-rebħa Paola Schreiber rebħu din it-tazza Ħames darbiet fin-1992,1993,1999,2010 u 2013. Wara l-lobgħa l-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi s-Sur Vanni Fabri preżenta t-trofew tal-Anġlu lir-rebbieħa.
Ir-referee tal-partita kien s-Sur Emanuel Camilleri filwaqt li l-assistent referee kien is-Sur Geatan Azzopardi.
Proset lit-tim ta’ Paola Schrieber, lill-Kumitat, lis-sapporters u lil min ta sehem biex intrebaħ dan l-unur.