Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
TARXIEN JIRBHU IC-CHARITY CUP TAT-TIELET U R-RABA DIVIZJONI GHAS-SENA 2011

Din il-finali saret fil-pic taz-Zejtun quddiem folla sabiha li attendit ghal-din il-finali. It-timijiet finalisti kienu Tarxien u Fgura. It-tim ta’ Tarxien kien kompost minn Bernard Demanuele, Grezzu Cassar, Michael Spiteri, Joseph Gatt, Joseph Demanuele u Joseph Manicaro, filwaqt li t-tim tal-Fgura kien kompost  minn Saviour Coffi, Matthew Sant, Peter Cardona, Anthony Buhagiar, Saviour Scerri u Grezzju Dermanin.

Fl-ewwel loghba, jigifieri dik ta’ l-Individwali, Saviour Coffi ( Fgura ) laghab kontra Joseph Manicaro ( Tarxien ). Fl-ewwel gugata Saviour Coffi kien minn fuq tlieta b’xejn ( 3-0 ). Fit-tieni gugata Joseph Manicaro ghamel punt wiehed. Fit-tielet u r-raba gugata Saviour Coffi ghamel tlett punti ohra biex ir-rizultat kien sitta ma wiehed favur Fgura. Fil-hames gugata Joseph Manicaro ( Tarxien ) ghamel punt iehor biex l-iskor gie jaqra sitta bi tnejn favur Fgura. Fis-sitt gugata Saviour Coffi ( Fgura ) ghamel rimonta qawwija fejn ghamel erba punti f’daqqa biex l-iskor gie ghaxra bi tnejn favur il-klabb tal-Fgura. Fis-seba gugata Joseph Manicaro ( Tarxien ) ghamel tlett punti ohra biex l-iskor gie ghaxra b’ hamsa favur Coffi. Fit-tmien gugata Coffi ghamel il-punt li kellu bzon biex hareg rebbieh hdax b’hamsa favur Fgura. 

Fit-tieni loghba, dik ta’ Tnejn kontra Tnejn, Tarxien hargu rebbieha hdax b’itmienja  biex sat-tieni l-loghba ir-rizultat kien Fgura zettax u Tarxien sittax. Ghall-Tarxien laghbu Joseph Demanuele u Joseph Gatt, filwaqt li ghat-tim tal-Fgura laghbu Saviour Coffi u Saviour Scerri. F’din il-partita ta’ Tnejn kontra Tnejn il-klabb ta’ Tarxien fl-ewwel zewg gugati ghamel hames punti f’daqqa. Fit-tielet u raba gugata il-klabb tal-Fgura ghamel tmien punti biex l-iskor gie tmienja b’hamsa favur il-klabb tal-Fgura, il-klabb ta’ Tarxien ghamel biedla fejn hareg jilghab il-plejer Grezzu Cassar minflok Joseph Demanuele, immedjata kienet ir-rejazzjoni qawwija mit-tim ta’ Tarxien fejn fit-tlett gugati ta’ wara Tarxien ghamlu sitt punti biex rebhu din il-partita hdax b’itmienja. Fejn il-fendatur Joseph Gatt kellu l-loghba kbira. 

Fit-tielet loghba dik ta’ Tlieta kontra Tlieta bdiet bidu tajjeb ghal Tarxien fejn fit-tlett gugati ghamlu hdax il-punt, biex bit-tfendija preciza u b’ilqiet perfett ma taw l-ebda cans lit-tim tal-Fgura jidhol fil-loghba. It-tim ta’ Tarxien kien kompost minn Joseph Manicaro, Grezzju Cassar u Joseph Gatt u t-tim tal-Fgura kien kompost minn Matthew Sant, Peter Cardona u Saviour Scerri.

B’dan ir-rizultat it-tim ta’ Tarxien b’ seba u ghoxrin  kontra zettax gie dikjarat ir-rebbieh ta’ din il-Kompetizzjoni tac-Charity Cup ghas-sena 2011. 

Din il-Finali kienet ikkontrollata mir-Referee tal-Federazzjoni s-Sur Raymond Azzopardi u assistit mis-Sur George Baldacchino. 

Fi tmiem il-loghba, il-kaptins taz-zewg timijiet rispettivi, gew ipprezentati bit-tazzi mill-President tal-Federazzjoni, s-Sur Vanni Fabri, fost il-ferh tal-partitarji tal-klabb ta’ Tarxien.
 


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION