Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
QORMI SAN BASTJAN BL-ISEM TAL-GRAZZJA JIRBHU N-KNOCK OUT TA’ 2x2 GHAS-SENA 2011

Ir-Raba Finali tal-Kompetizzjonijiet tal-Bocci fost n-Knock Outs li jigu organizzati mill-Federazzjoni, kienet dik ta’ Tnejn bi Tnejn. Din intlaghbet fil-pitch ta’ Santa Venera quddiem pubbliku numeruz u laqqghet ma xulxin lit-tim bl-isem Tal-Grazzja ( Qormi S.B ) kompost minn Noel Axiaq ( Capt ), Emanuel Brignone u Josph Cesare u lit-tim bl-isem San Bastjan ( Msida ) kompost minn Adrian Caruana ( Capt ), Thomas Spiteri u Conrad Caruana.

Din kienet it-tieni darba li klabb ta’ Hal-Qormi San Bastjan rebhu dan l-unur, l-ewwel darba li rebhu dan l-unur kien fis-sena 2007 bl-isem San Bastjan ( Qormi S.B ).

Kull min kien prezenti ghal din il-finali zgur li kien sodisfatt bil-loghba. Ghall-bidu kienu il-Qriema li fl-ewwel hames gugati kienu tmienja kontra tnejn ( 8-2 ) dejjem favur il-Qriema. It-tim ta’ Msida fis-sitt u seba gugata ghamlu tlett punti biex l-iskor kien jaqra tmienja ma hamsa ( 8-5 ) favur il-Qriema.  Il-loghba kompliet tizvolgi f’wahda attrajenti hafna fejn it-tim “Tal-Grazzja” irmexxielu fl-erba gugati ta’ wara jamel hdax il-punt biex l-iskor gie jaqra zatax ma hamsa (19-5) favur il-Qriema.

Rimonta qawwija kienet mit-tim ta’ Msida fejn mit-tnax il-gugata sa sittax il-gugata ghamlu hdax il-punt biex l-iskor gie Qormi zatax kontra sittax ( 19-16 ) dejjem min fuq il-Qriema. Ma tistax ma semiex fejn il-plejers tat-tim Qriemiz Noel Axiaq u fendadur Emanuel Brignone kienu f’vena mill-aqwa bil-lqit preciz u tfendija mill-aqwa. 

Il-pubbliku li attenda ghall din il-finali ra spettaklu ta’ loghob, fejn iz-zewg timijiet ghamlu li setaw sabiex jirbhu dan l-unur. Verament li garatur Adrian Caruana u l-fendatur Thomas Spiteri tat-tim ta’ Msida ghamlu loghba kbira, bir-rizultat jibqa incert sa’ l-ahhar. 

Fiz-zbatax il-gugata il-Qriema ghamlu iz-zewg punti li kellhom bzonn bir-rizultat gie Qormi San Bastjan wiehed u ghoxrin kontra sittax ( 21-16 ). 

Il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee tal-Federazzjoni s-sur Emmanuel Camilleri assistit mis-sur Raymond Azzopardi. Fit-tmiem il-loghba saret il-presentazzjoni tat-tazzi lir-rebbieha kif ukoll lit-tim finalist mil-President tal-Federazzjoni s-Sur Vanni Fabri fost il-ferh tas-supporters numeruzi Qriemizi.


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION