Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
QORMI SAN BASTJAN BL-ISEM TAL-GRAZZJA JIRBHU N-KNOCK OUT TA’ 2x2

It-Tieni Finali tal-kompetizzjonijiet tal-bocci fost n-knock outs li jigu organizzati mill-Federazzjoni, kienet dik ta’ Tnejn bi Tnejn. Din intlaghbet fil-pitch ta’ Santa Lucija quddiem pubbliku numeruz u laqqghet ma xulxin lit-tim bl-isem Tal-Grazzja
( Qormi S.B ) kompost minn Noel Axiaq ( Capt ), Emanuel Brignone u John Borg u lit-tim bl-isem San Bastjan ( Msida ) kompost minn Adrian Caruana ( Capt ), Thomas Spiteri u Conrad Caruana.
 
Din kienet it-tielet darba li klabb ta’ Hal-Qormi San Bastjan rebhu dan l-unur, l-ewwel darba li rebhu dan l-unur kien fis-sena 2007 bl-isem San Bastjan, is-sena l-ohra bl-isem Tal-Grazzja u din is-sena bl-isem Tal-Grazzja.
 
Kull min kien prezenti ghal din il-finali zgur li kien sodisfatt bil-loghba.
 
Il-lobgha kienet bilancjata hafna fejn il-punti bdew imorru kemm naha u kemm ohra biex sal-brejk ir-rizultat kien jaqra Hal-Qormi 12, Msida 8. Hekk kif wara il-brejk kompla l-loghob Hal-Qormi hargu determinati li jirbhu dan il-konfront tant li fil-gugati ta’ wara l-Imsida ma’ hazew ebda punt biex ir-rizultat gie jaqra Hal-Qormi 21, Msida 8.
 
Ir-referees tal-lobgha kienu is-Sur Charles Thorton assistit mis-Sur Nazzareno Muscat. Wara l-partita tqassmu t-tazzi lill-plajers mill-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci is-Sur Vanni Fabri fost il-ferh tas-supporters numeruzi Qriemizi.

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION