Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
Finali Kouck Out 3x3 bejn Ghaxaq u Zebbug

Wahda mill-isbah granet fix-xahar ta' Marzu 2018, assistejna ghall-Finali li giet organizzata mill-Klabb ta' Haz-Zebbug knock Out 3x3.

Quddiem pubbliku numeruz gabet fit-tmiema din il-kompetizzjoni fejn laqghet lit-timijiet ta' Hal-Ghaxaq kontra Haz-Zebbug. B'loghba ibilancjata u anke ghal x'hin twil it-tim Ghaxqi kien min fuq, imma rimonta qawwija mit-tim Zebbugi dahal fil-loghba, fejn ir-rizultat seta mar kull naha, imma kienu iz-Zebbugin li rebhu din il-partita 21 ma 17. Zgur u zgur lid-delettanti tal-bocci, baqaw fuq ix-xwiek biex jaraw fejn sejer ir-rizultat imma l-ahhar mill-ahhar xi hadd irid jirbah. Fejn iz-Zebbugin hargu rebbieha.

Proset kbira tmur lil Kumitat habriki ta' dan il-klabb Zebbugi. Proset ukoll tmur lit-tim Ghaxqi fejn f'zewg kompetizzjonijiet organizzati mill-klabbs, wahda mill-klabb ta' Qormi San Bastjan u l-ohra mill-klabb Zebbugi waslu fiz-zewg finali, fejn sal-gimgha l-ohra rebhu kompetizzjoni li organizza il-klabb ta' Qormi San Bastjan kontra listess Qrima.

Din il-loghba intlabet taht spirtu sportiv u j'alla din is-sena naraw aktar loghob ibilancjat kif rajna il-lum.

Wara il-partita gew iprezentati it-Tazzi lir-rebieha, kif ukoll lil finalisti, mill-Onorevoli Ministru Ian Borg.

J'alla din is-sena inkomplu naraw aktar loghob sabieh u bilancjat fil-Kompetizzjonijiet organizzati mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, u naraw aktar dilettanti tal-Bocci jasistu ghall dan il-loghob li hija wahda mill-aktar l-eqdem li ila tintlab gewwa pajjizna.

Bhalissa ghadejin il-Kompetizzjonijiet tan-Knock Outs 1x1 u dik ta' 2x2,u inkomplu bil-kompetizzjoni dik ta' 3x3 marufa bhala ( Ta' Anglu ), fejn fit-3 ta' April, 2018 sejrin naghtu bidu ghall-League Nazzjonali li jigi organizzat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.

Infakar li Kull nhar tat-Tlieta jintlab il-Premier League u l-Erbgha jintlabu id-divizjonijiet l-ohra dawk tat-Tieni u it-Tielet Divizjoni. Il-Gimgha jintlab il-loghob kollu tar-Reserve. il-Hin tal-Loghob kollu jibda fis-Sitta u Nofs ta' Filghaxija. Inhegeg lid-delettanti tal-Bocci biex jasistu ghall dawn il-Loghbiet.

Fl-ahhar u mhux lanqas inheggeg lil Kumitati u plejers biex jigu oservati ir-regolamenti tal-Loghba.

Fl-ahhar net nirringrazzja lit-timijiet kollha li hadu sehem f'dawn iz-zewg kompetizzjonijiet fejn kieku ta' success.

AWGURI LIT-TIMIJIET KOLLHA GHALL-STAGUN MILL-AQWA 2018, LI XI HADD IRID JIRBAH U XI HADD IRID JITLEF, IMMA L-IMPORTANTI LI NILAGHBU BI SPORTIVITA.

Grazzi lil-kullHadd, f'ismi u f'isem sahbi tal-Kunsill nawguralkom kull success.      

    

    
CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION