Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
BIRZEBBUGIA CHAMPIONS TAL-BOCCI TA’ MALTA GHAS-SENA 2011

Birzebbugia rebhu dan l-unur tal-kampjonat tal-Premier League organizat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci fis-sena 1995 wara hmistax il-sena.

Il-klabb ta’ Birzebbugia rebhu ir- Reserve League tal-Premier tlett darbiet fis-sena 1996, 2010 u din is-sena.

Zgur li huma success memorabbli fl-istorja tal-klabb. Il-kampjonat nistghu nghidu li kien wiehed kumbattut ghall-ahhar, ghalkemm il-klabb ta’ Bizebbugia baqa l-istagun kollu konsistenti u dejjem fuq quddiem.

Birzebbugia bdew b’hames rebhiet konsekuttivi, pero’ tilfu zewg loghbiet, kontra Hamrun u Qormi San Bastjan, biex spiccaw l-ewwel round b’sitt punti daqs Qormi San Bastjan. Fl-ewwel round Birzebbugia rebhu lil dawn it-timijiet lill Hal-Luqa, Paola Schrieber, Zebbug, Birgu, Msida u lit-tim ta’ Bugibba. Fit-tieni round, Birzebbugia rebhu sitt loghbiet u tilfu zewg loghbiet kontra Paola Schrieber u l-ahhar loghba kontra Bugibba biex b’hekk spiccaw il-Klassifika Generali bit-hdax il-punt u saru Champions tal-Bocci ta’ Malta.  L-ahhar loghba tal-League kienet kontra Bugibba u hargu teliefa 21-12, fejn wara il-loghba kien hemm festi kbar mill-partitarji ta’ Birzebbugia.

Fir-Reserve League Birzebbugia kisbu erbatax il-punt minn massimu ta’ sittax il-loghba. Birzebbugia hargu teliefa fl-ewwel round kontra Qormi San Bastjan u spiccaw fl-ewwel post b’seba punti, u fit-tieni round regaw tielfu ma l-istess klabb ta’ Qormi San Bastjan biex spiccaw fl-ewwel post tal-klassifika.

Prosit tassew lill-kumitat habrieki, plejers u mhux lanqas lis-supporters kollha li zgur minghajrhom ebda klabb ma jista jkampa.


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION