L-ewwel emenda mresqa mil-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci fuq il-format tal-lig Nazzjonali tghid hekk:
Statut Federazzjoni Klabbs tal-Bocci 2011. Pagna 20 Par.1.98.
Kull klabb jilghab kontra klabbs ohra kollha fl-istess Divizjoni rispettivament fuq bazi ta’ “home” u “away”. Kull klabb jilghab zewg partiti ta’ tlettax il-punt kull partita, Dak il-klabb li jirbah iz-zewg partiti jiehu tliet punti. Jekk il-klabbs jirbhu partita kull wiehed, jiehdu punt kull wiehed. Bejn partita u ohra irrid issir brejk ta’ hames minuti. Matul dawn iz-zewg lobghiet huma permessi tliet sostituzzjonijiet. Huma permessi zewg time outs ta’ zewg minuti kull time out min kull klabb matul il-lobgha kollha.
Regolamenti tal-loghba tal-Bocci 2011 Pagna 31 Par.30 (c)
Tinbidel il-frazi, Huma permessi zewg sostituzzjonijiet u jigi jaqra, Huma permessi tliet sostituzzjonijiet.
Regolamenti tal-loghba tal-Bocci 2011 Pagna 32 Par. 34
Partita bocci tikkonsisti f’zewg loghbiet ta’ tlietax il-punt kull partita. Min jirbah tnejn jiehu tliet punti, jekk jirbhu partita kull wiehed jiehdu punt kull wiehed.
It-tieni emenda mresqa mill-klabb ta’ Qormi San Bastjan tghid hekk:
Statut Federazzjoni Klabbs tal-Bocci 2011. Pagna 17 Par.1.77
Tinbidel il-frazi, Dan ikun jista jigi trasferit ghal ma xi klabb iehor qabel ma jaghlaqlu it-terminu ta’ tliet snin, dan bi ftehim mall-klabb tieghu u jigi jaqra hekk: Dan jista jinghata ir-release qabel ma jaghlaqlu t-terminu ta’ tliet snin , dan bi ftehim mall-klabb tieghu.
Statut Federazzjoni Klabbs tal-Bocci 2011. Pagna 17 Par.1.78
Jinbidel dan il-paragrafu kollu w jigi jaqra hekk: Kull plejer li jinghata ir-release jista jilghab immedjatament mal-klabb il-gdid tieghu , anke jekk ikun beda t-tieni rawnd basta ma jkunx ha sehem xi loghba kompettitiva organizzita mill-F.K.B.
It-tielet emenda mresqa mill-klabb ta’Tarxien tghid hekk:
Regolamenti tal-loghba tal-Bocci 2011 Pagna 41 Par. 78
Jinbidel dan il-paragrafu kollu w jigi jaqra hekk: Ma jistax isir tipjip ( sigaretti, pipa, sigarri u sigaretti tal-liqwidu ) mill-plejers u l-anqas mir-referee tul il-partita kollha. Dan jista jsir biss fil-brejk bejn partita w ohra. Il-klabb ta’ dak il-plejers jew referee ser jinzamm responsabbli jekk jinkiser dan ir-regolament ( Pagna 41 Par. 78 ). L-ewwel darba multa ta’ € 20.00, pero jekk jerga jinkiser dan ir-regolament mill-istess plejers jew referee ser tigi mmposta multa ta’ € 60.00 kull darba li jsir hekk.
Regolamenti tal-loghba tal-Bocci 2011 Pagna 32 Par.33
Tinbidel il-kelma gakketta mal-kelma flokk. Il-klabb ta’ dak ir-referee ser jinzamm responsabbli jekk jinkiser dan ir-regolament ( pagna 32. Par 33 ). L-ewwel darba multa ta’ € 20.00, pero jekk jerga jinkiser dan ir-regolament mill-istess referee ser tigi mmposta multa ta’€60.00 kull darba li jsir hekk.
Kif jibda il-Lig Nazzjonali 2013, ebda referee ma jista jirefja minghajr il-flokk approvat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.
Ghandkom tkunu tafu li skond kif intqal fil-Laqgha Generali Annwali 2013, l-ahhar 32 tim tan-Knock Outs, il-poloz ser isiru bil-pedini.
Nixtieq nigbed l-attenzjoni tal-klabbs li tistaw tibaghatu l-posta elektronika fuq l-indirrizz tal-email:
fkbocci@melita.com jew fuq charsteval@gmail.com