Illum waqt laqgha li saret gewwa il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci sar qbil fuq il-Format il-Gdid li sejjer jigi implementat mill-istagun li gej 2019.
Mill-istagun li gej il-Format ser ikun hekk :-
It-timijiet se jilaghbu zewg Rounds fuq bazi ta' Home u Away, bhal ma sar f'dan l-istagun 2017-2018.
Li ser jinbidel mill-istagun li gej huwa dan :-
Wara i jkunu intlaghbu dawn iz-zewg rounds l-ewwel Erba' timijiet fil-Klassifika se jilaghbu fic-Championship Pool.
It-Timijiet li jikklassifikaw fit-8,9,10 u 11 il-post jilaghbu fir-Relegation Pool.
Filwaqt waqt li min jigi fl-ahhar post jigi awtomatikament Relegat.
It-Timijiet li jigu fil-5,6 u 7 post, l-istagun taghhom jieqaf hemm.
Ic-Championship Pool se tintlaghab hekk :-
4 vs 1 u 3 vs 2.
Dan se jsir fuq bazi ta' Home u Away min jirbah jghaddi ghal Finali biex jintrebah il-Kampjonat waqt li t-telliefa jilaghbu Decider ghat-Tielet post.
It-Timijiet li jiklassifikaw fl-Ewwel loghba tac-Championship Pool Away.
Dan qed isir biex jekk ikun hemm bzonn Decider tintlaghab fil-ground ta' min ikun gie aktar 'l fuq fil-Klassifika.
Ir-Relegation Pool se tintlaghab hekk :-
8 vs 11 u 9 vs 10.
Iz-zewg timijiet li johorgu telliefa jigu relegati. Bhal ma sar fic-Championship Pool it-timijiet li jikklassifikaw l-aktar 'l fuq cioe' dawk fit-8 u fid-9 post jilaghbu l-ewwel loghba Away.
Fit-Tielet Divizjoni c-Championship Pool tintlaghab hekk :-
4 vs 1 u 3 v 2.
Ir-Rebbieha jilaghbu Finali ghar-rebh tal-Kampjonat waqt li t-telliefa jilaghbu Decider bejniethom biex jigi deciz min ikun it-Tielet tim li jigi promoss ghat-Tieni Divizjoni.
Ovvjament f'din id-divizjoni ma jkunx hemm bzonn li tinlaghab Relegation Pool.