Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
IT-TIM TA’ BIRKIRKARA CHAMPIONS TAN-KNOCK OUT TAT-TIELET DIVIZZJONI TAT-30 ANNIVERSARJU

Il-Ħamis 7 ta’ Novembru saret l-ewwel finali tan-K.O tat-Tielet Divizzjoni fl’ okkażżjoni ta’ 30 Sena Anniversarju tal-Federazzjoni Klabb Tal-Boċċi.

Din il-finali saret ġewwa l-piċ tal-Pieta bejn it-tim ta’ B’Kara u Ħal-Għaxaq. It-tim ta’B’Kara kien kompost mill-plejers Ranier Vassallo, Raymond Falzon, Salvu Scerri, Mario Fenech u Stefan Briffa fil-waqt li t-tim ta’Ħal-Għaxaq kien kompost mill-plejers Massimo Dimech, Antione Dimech, David Defelice, Charlie Farrugia, Toni Zammit u Micheal Caruana.

Din il-lobgħa ma tantx hemm wieħed xi jgħid fuqha ħlief li hekk kif bdiet il-partita Ħal-Għaxaq  għamlu ħames punti, fit-tieni gugata B’Kara għamlu sitt punti.

B’Kara kienu ferm supperjuri fuq it-tim ta’ Ħal-Għaxaq għaliex tul il-lobgħa kollha Ħal-Għaxaq ħażżew biss erba punti oħra, bil-punteġġ finali ta’ 21 kontra 9.

Il-President tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi s-Sur Vanni Fabri presenta it-tazzi liż-żewġ timijiet fejn il-klabb ta’ B’Kara deher sodisfatt ħafna kontra l-klabb ta’ Ħal-Għaxaq li deher disappuntat ħafna bil-wirja fqira tat-tim tiegħu.

Ir-referee tal-partita kien is-Sur Rennie Muscat assistit mir-referee is-Sur Raymond Azzopardi.


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION