CJ Saliba huwa l-President il-gdid tal-FKB wara li Giovann Fabri jirtira l-kandidatura.
CJ Saliba huwa l-President il-gdid tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.
Hu kien konfermat fil-kariga ghat-tliet snin li gejjin sas-sena 2023 wara li l-President precedenti Giovann Fabri rtira l-kandidatura tieghu kemm ghall-kariga ta’ President u anke rtira n-nominazzjoni l-ohra li kien ghamel ghall-membru tal-Kunsill.
CJ Saliba inhatar b’hekk bhala President fil-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci liema laqgha saret il-bierah fil-klabb ta’ Santa Lucija.
Il-Kunsill tal-Federazzjoni se jkun iffurmat hekk:
President tal-Federazzjoni Clinton John Saliba, Segretarju Generali konfermat Antoine Grech u bhala Tezorier gie mahtur Raymond Azzopardi.
Il-membri l-ohra fil-kunsill se jkunu; Harold Galea, Demis Micallef, Alfred Pulis, John Borg, Stephen Buhagiar u Philip Gatt b’dan tal-ahhar kien coopted mill-membri prezenti waqt il-Laqgha Generali.
Fil-laqgha annwali ttiehdu zewg voti importanti dik dwar jekk hux se jsir il-kampjonat 2021 fejn kien hemm 16 -il klabb favur u 12 il-klabb kontra. Wara votazjoni ohra sar maghruf li l-kampjonat se jkun b’format ta’ zewg rounds.
Il-Loghob tal-kampjonati se jibdew ikunu skedati ghal kull nhar ta’ Tlieta u Hamis bit-tliet divizjonijiet kollha f’daqqa.
Il-kampjonat tar-Reserves se jintlghab fuq round wiehed kull nhar ta’ Gimgha ghall-din is-sena biss. Il-kompetizzjoni tat-Tazza tal-Anglu se ssir ukoll.