Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
MENSWLITA, RAPPORT AMMINISTRATTIV, KOMPETIZZJONIJIET TAN-KNOCK OUTS

Lis-Segretarji Kollha,

MENSWALITA

Irrid infakkarkom li minnufih ghandkom tigu thallsu l-Affiliation Fee ghal din is-sena. Kif tafu din tista tithallas biss jekk intom diga ffurmajtu l-kumitat ghas-sena, 2020.

Il-Menswalita hija ta’ 80.00 Euro u il-Kaxxier ikun il-Headquarters it-Tnejn, Tlieta u Hmais  bejn il-5.00 u 6.00 ta’ filghaxija. Min jonqos li jaghmel dan sal-Hamis 30 ta’ Jannar, 2020 jigi meqjus li mhux interessat li ser jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Federazzjoni ghall din is-sena.

RAPPORT AMMINISTRATTIV

Ghandek tigi il-Headquarters tal-Federazzjoni biex tigbor ir-Rapport Amministrattiv ta’ din is-sena li gie approvat mill-Kunsill tal-Federazzjoni nhar it-Tlieta 17 ta’ Dicembru, 2019. Dan tista tigi tigbru minn nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar 2020, il-quddiem fil-hinijiet tal-ftuh tal-Federazzjoni. Kull nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Hamis bejn il-5.00 u 6.00 ta’ filghaxija.

 KOMPETIZZJONIJIET TAN-KNOCK OUT

Bhal ma ghamilna fi snin ohra l-attivitajiet tal-Federazzjoni Klabbs tal Bocci ghal din is-sena sejrin jibdew bil-kompetizzjonijiet tan-Knock Outs. Dawn huma l-kompetizzjoni ta’ Tnejn kontra Tnejn, Tlieta kontra Tlieta ( Trofew ta’ l-Anglu ) u dik Individwali ta’ wiehed kontra wiehed. 

Ghalhekk il-Kunsill qed jappella biex izzommu id-dati imsemmija halli ma jkollmix konfuzjoni fl-ahhar.

KNOCK OUT TA’ TNEJN BI TNEJN

Din il-Kompetizzzjoni ser tiftah l-istagun 2020. Kull klabb jista jdahhal timijiet kemm irid huwa imma kull team irid ikun iffurmat minn tlett players, tnejn li jilghabu u wiehed reserve. Il-loghob kollu jsir fuq bazi ta’ home u away. It-teamijiet ghandhom jinghataw ismijiet adattati li jistghu jigu mxandra. Ma kull team trid tithallas registration fee ta’ Ghoxrin Euro ( € 20.00 ).

KOMPETIZZJONI TA’ TLIETA KONTRA TLIETA

 Din hija l-aktar kompetizzjoni prestiggjuza tal-Federazzjoni. Ghaliha l-klabbs jistghu idahhlu timijiet kemm iridu basta dawn ikunu komposti sa Sitt players, tlieta li jilghabu u tnejn ohra bhala riserva. Kull team irid ihallas registration fee ta’ Tlettin Euro ( € 30.00 ).

KOMPETIZZJONI INDIVIDWALI

Din hija kompetizzjoni li minnha johrog ic-Champion ta’ Malta tal-Bocci. Il-klabbs jistghu idahhlu kemm iridu players ghall din il-kompetizzjoni. Il-hlas tar-registration ghal din il-kompetizzjoni huwa ta’ Ghoxrin Euro ( € 20.00 ) ghall kull player. Il-loghob isir fuq bazi ta’ Home u Away. 

l-applikazzjonijiet ghal, dawn il-kompetizzjonijiet jistghu jittiehdu mill-Headquarters tal-Federazzjoni min nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar, 2020 u d-data tal-gheluq taghhom sejra tkun il-Hamis 6 ta’ Frar, 2020 sas-6.00 p.m.

Inheggukom taghmlu minn kollox u ma thallux ir-registrazzjonijiet ghall ahhar u dan sabiex ma naqghux lura fil-loghob bil-konsegwenzi li jkollna nibqghu ghaddejjin sal-ahhar granet tas-sena. 

Nappellawlkom ukoll biex kemm jista jkun taghtu cans lill players  kollha li ghandkom irregistrati maghkom sabiex jiehdu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet.

TIBDIL TAL-I.D.CARD TA’ F.K.B.

 Sal-lum diversi klabbs diga bdew igibu r-registrazzjonijiet tal-players. Jiddispjacina ninnotaw li ghad hemm min ghadu ma ghamilx dan u ghalhekk ghandu jiehu hsieb li jgib dawn l-I.D.Cards mill-aktar fis posibbli biex wara ma jkunx hemm paroli u tgergir. 

Minhabba f’hekk ir-registrazzjonijiet iridu jibdew jigu mgedda mill-lum.  Hadd ma ghandu jistenna r-registrazzjoni dak inhar stess. L-I.D.Cards jigu ipprocesati skond l-ordni li jidhlu ghand is-Segretarju, ma kull registrazzjoni jithallas il-hlas ta’ Zewg Euros ( € 2.00 ). 

Jekk l-I.D.Card terga tinbidel qabel tletin gurnata irrid issir hlas Extra ta’ Hamsin Euro ( € 50.00 ) kull darba.

LAQGHA GENERALI ANNWALI

Din is-sena il-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni sejra ssir nhar il-Hadd 16 ta’ Frar, 2020 il-post fejn ser issir gewwa is-Sala ta' Tarxien Rainbows F.C

Bhala Hin fid-9.00 ta’ filghodu.

Minn jonqos li jattendi jehel Penali ta’ Hamsa u Ghoxrin Euro.

Ghal din il-Laqgha Generali huma elegibbli zewg membri tal-kumitat BISS.

Hadd m’hu sejjer jidhol ghal din il-Laqgha minghajr permess.

Il-Laqgha sejra titmexxa fuq din l-Agenda :-

1.   Qari tal-Minuti ta’ l-Ahhar Laqgha Generali Annwali, 2018

2.   . Diskors tal-President.

3.   Rapport Amministrattiv

4.   . Rapport Finanzjarju

5.   . Hatra ta’ Awdituri.

6.   Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal- Loghba.

7. Affarijiet Ohra

 Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal-Loghba ghandhom isiru sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar, 2020

 

Federazzjoni Klabbs tal-Bocci

Headquarters :- 140, Sisters Street, 

Tarxien PLA 05, Malta

Tel : 21807721    Mob : 99802378

 

Is-Segretarju,

Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.

Sinjur,

 

F'isem il-Klabb taghna ta' ____________________ qeghdin naghtu il-permess biex it-tim li dettalji tieghu jidhru hawn taht ikunu nistaw nihdu sehem,fil-Kompetizzjonijiet tan-Knock Out's. 

3x3              2x2              1x1


Isem tat-Tim :   ___________________


Plejers                                            F.K.B

 

1. ____________________        _________

 

2. ____________________       __________

 

3. ____________________       _________

 

4. ___________________        __________

 

5.  __________________         __________

 

6. __________________          __________

 

 

 

Firma tas-Segretarju tal-Klabb : ______________

 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION