Quddiem folla numeruża ġewwa il-piċ ta’ Buġibba l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2013, ntlagħbet it-tielet finali ta’ 30 sena Anniversarju tal-Federazzjoni klabbs tal-boċċi bejn it-tim tal-Birgu u dak taż-Żurrieq.
It-tim tal-Birgu kien kompost mill-plajers Joseph Tabone, Adrian Caruana, Mario Galea, Vince Galea, John Borg u Rodrick Abela filwaqt li t-tim taż-Żurrieq kien kompost mill-plajers Paul Zammit, Nazzareno Muscat, Emmanuel Camilleri, Micheal Grima, Paul Pace u Alfred Grixti.
It-timijiet kienu preparati sew għall din il-lobgħa b’attenzjoni kbira li ma jagħmlux żbalji fit-tqassim tal-logħob. Kif beda sejjer l-andament tal-lobgħa kulħadd ħaseb li kienet ser tkun lobgħa ferm ikkumbatuta għax sa sit ġugata ir-riżultat kien jaqra Birgu 8 Żurrieq 5.
Aktar ma’ beda jgħaddi l-ħin il-Birgu bdew izidu fil-logħob għall kuntlarju taż-Żurrieq fejn bdew innaqsu mill-logħob li saħħansitra t-tim tal-Birgu li għandu plajers marufin fil-lobgħa tal-boċċi ssuperaw lit-tim taż-Żurrieq biex rebħu l-lobgħa bil-punteġġ ta’ 21 kontra 9.
Wara l-lobgħa il-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi s-Sur Vanni Fabri preżenta t-tazzi liż-żewġ timijiet. Il-lobgħa kienet irrefjata mir-referee s-Sur Raymond Azzopardi assistit mir-referee s-Sur Gaetan Azzopardi.