Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
IT-TIM TA’ BIRZEBBUGIA CHAMPIONS TAN-KNOCK OUT TAT-TIENI DIVIZZJONI TAT-30 ANNIVERSARJU

F’ġurnata pjuttost xitwija f’temp xejn favorevoli ghall-lobgħa tal-boċċi, t-Tnejn 11ta’ Novembru, 2013 fil-pic tal-Fgura ntlagħbet it-tieni finali fl-okkażżjoni ta’ 30 Sena mill-Anninversarju tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi bit-timijiet mit-Tieni Divizzjoni bejn il-klabb ta’ B’Buġa u l-klabb ta’Ħal-Lija.

It-tim ta’ B’Buġa kien kompost mill-plajers Charles Bonnici, Joseph Schembri, Anthony Bartolo, Emmanuel Grixti, Vincent Agius u Joseph Bonnici u t-tim ta’ Ħal-Lija kompost mill-plajers Reno Buttiġieġ,Charles Grech,Melvin Borg,Tonio Grech,Kenneth Agius u Jeffrey Debono.

Il-lobgħa fil-bidu kienet dehret li kienet ser tkun ikkumbatuta għax sat-tielet ġugata t-timijiet kienu punti ndaqs 5 ma 5. It-tim ta’ Ħal-Lija deher jagħmel xi żbalji fit-tqassim tal-lobgħa biex b’hekk it-tim ta’ B’Buġa pprofita min dawn l’iżbalji w fit-tlett ġugata għamlu 14 il-punt biex ir-riżultat ġie jaqra B’Buġa 19 Ħal-Lija 5.

B’Buġa kienu ferm superjuri fuq it-tim ta’Ħal-Lija tant li l-lobgħa spiċċat 21 kontra 5 favur B’Buġa.

 



CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION