KOMPETIZZJONIJIET TAN-KNOCK OUTS
Bhal ma ghamilna fi snin ohra l-attivitajiet tal-Federazzjoni Klabbs tal Bocci ghal din is-sena sejrin jibdew bil-kompetizzjonijiet tan-Knock Outs. Dawn huma l-kompetizzjoni ta’ Tnejn kontra Tnejn, Tlieta kontra Tlieta ( Trofew ta’ l-Anglu ) u dik Individwali ta’ wiehed kontra wiehed.
Ghalhekk il-Kunsill qed jappella biex izzommu d-dati imsemmija halli ma jkollnix konfuzzjoni fl-ahhar.
KNOCK OUT TA’ TNEJN BI TNEJN
Din il-Kompetizzzjoni ser tiftah l-istagun 2012. Kull klabb jista jdahhal timijiet kemm irid hu imma kull team irid ikun iffurmat minn tlett players, tnejn li jilghabu u wiehed riserva. Il-loghob kollu jsir fuq bazi ta’ home u away. It-timijiet ghandhom jinghataw ismijiet adattati li jistghu jigu mxandra.
KOMPETIZZJONI TA’ TLIETA KONTRA TLIETA
Din hija l-aktar kompetizzjoni prestiggjuza tal-Federazzjoni. Ghaliha l-klabbs jistghu dahhlu timijiet kemm iridu, kull klabb jista jdahhal f’kull tim sa sitt plejers, tlieta li jilghabu u tliet’ ohra bhala riserva.
KOMPETIZZJONI INDIVIDWALI
Din hija kompetizzjoni li minnha johrog ic-champjin ta’ Malta tal-Bocci. Il-klabbs jistghu idahhlu kemm iridu plejers ghall din il-kompetizzjoni.. Il-loghob isir fuq bazi ta’ Home u Away.
l-applikazzjonijiet ghal, dawn il-kompetizzjonijiet jistghu jittiehdu mill-Kwartieri tal-Federazzjoni min nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar, 2012 u d-data tal-gheluq taghhom ikun sal-Hamis 23 ta’ Frar, 2012 sas-6.00 p.m.
Inheggukom taghmlu minn kollox u ma thallux ir-registrazzjonijiet ghall ahhar u dan sabiex ma na qghux lura fil-loghob bil-konsegwenzi li jkollna nibqghu ghadejjin sal-ahhar granet tas-sena.
Nappellawlkom ukoll biex kemm jista jkun taghtu cans lill plajers kollha li ghandkom irregistrati maghkom sabiex jiehdu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet.
Fil-kompetizzjoni ta’ 1x1, 2x2, 3x3, jekk fl-ewwel lobgha plejer jew klabb jaghti “Walk Over” it-tieni lobgha ma jssirx u dan jehel multa Ma jsir ebda caqliq ta “FIXTURES” ta’ dawn il-kompetizzjonijiet bl-eccesjoni f’dik ta’ 1x1 fejn jidhol kaz ta mewt fil-familja Biss.
HLAS TAL-MULTI
Kull multa li tigi mmposta lill-klabbs trid tithallas fiz-zmien hmistax mid-data tal-avvis, jekk dan il-hlas jibqa ma jsirx fit-tmienja u erbghin siegha, il multa mmposta fuq il-klabb tirdoppja u trid tithallas fiz-zmien jumejn. Jekk dan il-hlas jibqa ma jsirx il-klabb involut ma jkunx jista jikkompeti fl’ebda kompetizzjoni tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.
UNIFORMITA FL’ILBIES
Hija xi haga tal-misthija u nuqqas ta’ serjita lejn il-lobgha tal-bocci meta tim immur ghall loghob bil-plejers libsin gerijiet differenti. Hekk kif jibda l-istagun tal-bocci 2012 il-Federazzjoni ser tkun iebsa ma dawk il-plejers li ma jkunux libsin uniformita wahda u ghalhekk sejra izzomm il-klabb ta dak il-plejer/plejers risponsabbli ghall passi dixxiplinari skond kif hemm stipulat fl’istatut.
TIBDIL TAL-I.D.CARD TA’ F.K.B.
Sal-lum diversi klabbs diga bdew igibu r-registrazzjonijiet tal-plajers li ghalqulhom it-tlett snin mal-klabb. Jiddispjacina ninnotaw li ghad hemm min ghadu ma ghamilx dan u ghalhekk ghandu jiehu hsieb li jgib dawn l-I.D.Cards mill-aktar fis posibbli biex wara ma jkunx hemm paroli u tgergir.
MIS-SENA 2012 KULL MIN IGGEDED L-I.D. CARD IRID IGIB MIEGHU ZEWG TRATTI GODDA INKELLA I-I.D. CARD MA TKUNX TISTA TIGGEDED.
Minhabba f’hekk ir-registrazzjonijiet iridu jibdew jigu mgedda mill-lum 16 ta’ Jannar. Hadd ma ghandu jistenna r-registrazzjoni dak inhar stess. L-I.D.Cards jigu ipprocesati skond l-ordni li jidhlu ghand is-Segretarju,. Jekk l-I.D card terga tinbidel qabel tletin gurnata irrid issir hlas extra kull darba.
TLUGH TAL-POLOZ
NIXTIEQ NINFURMAKOM LI TLUGH TAL-POLOZ TAN-KNOCK OUTS U PREMIER LEAGUE SEJER ISIR IT-TNEJN 5 TA’ MARZU, 2012 FIL-KWARTIERI GENERALI TAL-FEDERAZZJONI FIL-5.15 TA’ FILGHAXIJA.