Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
LAQGHA GENERALI ANNWALI


Din is-sena il-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni sejra ssir nhar il-Hadd 15 ta’ Jannar, 2012 fis-Sala tal-Federazzjoni fil-Headquarters Sisters’ Str, Tarxien. Hin fid-9.00 ta’ filghodu.

Ghal din il-Laqgha Generali huma elegibbli zewg membri tal-kumitat BISS. Hadd m’hu sejjer jidhol ghal din il-Laqgha minghajr permess.

Il-Laqgha sejra titmexxa fuq din l-Agenda :-

1. Qari tal-Minuti tal-Ahhar Laqgha Generali.
2. Diskors tal-President.
3. Rapport Amministrativ.
4. Rapport Finanzjarju.
5. Hatra ta’ Awdituri.
6. Hatra ghall-President, Segretarju u Kaxxier.
7. Hatra ta’ Tmien membri ghal-biex jiffurmaw il-Kunsill.
8. Mozzjonijiet u Emmendi ghall-Istatut
9. Lig Nazzjonali
10. Affarijiet Ohra

Emmendi u Regolamenti ghall Istatut tal-Kunsill, ghandhom isiru sa mhux aktar tard minn nhar il-Hamis 15 ta’ Dicembru, 2011.

F’ din l-istess gurnata jaghlaq ukoll iz-zmien li fih wiehed ikun jista jaghmel xi emmendi ghall istatut jew ir-regolamenti tal-loghba kif ukoll xi mozzjonijiet ohra.

NOMINAZZJONI

GHALL-PRESIDENT, SEGRETARJU, KAXXIER U MEMBRI TAL-KUNSILL

It-tmexxija tal-Federazzjoni ghandha tkun komposta minn tliet (3) Ufficjali newtrali, li jkunu, President, Segretarju, Kaxxier u minn tmien membri biex b'hekk, il-Kunsill ikun kompost minn hdax (11) il-membru. F’kaz li jkun hemm aktar rapprezentanti milli mehtieg ghandha issir elezzjoni. Dawn il-hdax ( 11 ) membri godda tal-Kunsill jkunu eletti ghall tlett ( 3 ) snin.

Dawn in-nominazzjonijiet ghall membri tal-Kunsill ghandhom isiru sa nhar il-Hamis 15 ta’ Dicembru, 2011 fuq il-formola li tinsab ma din ic-cirkulari, u din trid tasal ghand is-Segretarju tal-Federazzjoni sa 6.00 p.m.

Ghal ebda raguni ma jigu accettati nomini, emmendi jew mozzjonijiet wara d-dati tal-gheluq kif indikati hawn fuq.

Nigbed l-attenzjoni li min issa il quddiem ir-Rasenja ta’ kull laqgha li taghmel il-Federazzjoni Klabbs Bocci sejra jsir hekk kif tibda u tispicca l-laqgha u min ma jifirmax fil bidu tal-laqgha kif ukoll wara li tispicca il-laqgha jitqies li kien assenti ghall-laqgha u jehel il-penali ta’ Hamsin Euro
( € 50.00 ).

RAPPORT AMMINISTRATTIV

Ghandek tigi il-Headquarters tal-Federazzjoni biex tigbor ir-Rapport Amministrattiv ta’ din is-sena li gie approvat mill-Kunsill tal-Federazzjoni nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru, 2011. Dan tista tigi tigbru minn nhar it-Tnejn 28 ta’ Novembru, 2011 il-quddiem fil-hinijiet tal-ftuh tal-Federazzjoni. Kull nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Hamis bejn il-5.00 u 6.30 ta’ filghaxija.

TIBDIL TAL-I.D.CARD TA’ F.K.B.

Il-Kunsill jixtieq javza sabiex tibdew igibu r-registrazzjonijiet tal-players li ghalqulhom it-tlett snin mal-klabb.

Minhabba f’hekk ir-registrazzjonijiet iridu jibdew jigu mgedda mill-lum. Hadd ma ghandu jistenna r-registrazzjoni dak inhar stess. L-I.D.Cards jigu ipprocesati skond l-ordni li jidhlu ghand is-Segretarju.

Filwaqt li nselli ghalik,

Antoine Grech
Segretarju
Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION